Ħarsa ġenerali
Talba għal kont aġġornat permezz ta' din l-applikazzjoni. Din l-applikazzjoni normalment tintbagħat meta klijent ikollu bżonn qari tal-arloġġ riċenti, li jkollu l-kont f'idejh, jew li jirċievi l-qari attwali tal-arloġġ. Għandu jsir ħlas ta' €2.33 għal kull kuntratt (ilma jew dawl), li trid tħallas għalih mal-kont li jinħareg.
X’ser tingħata
Kont aġġornat tal-qari tal-arloġġ magħmul mill-konsumatur jew minn min jaqra l-arloġġ. Din komda, pereżempju, wara li jkun hemm bdil tal-kerrej biex tassigura li l-aħħar kont maħruġ għall-kerrej li jkun ħiereġ huwa skont il-qari tal-arloġġ.