Ħarsa ġenerali​

Il-klijenti li ħerġin minn post u jixtiequ li jiżviluppaw jew iwaqqgħu s-sit, jiskonnettjaw l-ilma u jneħħu l-arloġġ tal-ilma jistgħu japplikaw permezz ta' din il-formola. Is-servizz huwa mingħajr ħlas, imma l-applikant ikun meħtieġ li jħallas dak kollu li hu dovut qabel ma jinħareġ il-kont finali u s-servizz jitneħħa.

X’se tingħata

Taqta' l-kumnikazzjoni tal-ilma u tneħħi l-arloġġ.

Eliġibbiltà​​

Id-detenturi kollha ta' kont li għandhom bżonn ineħħu s-servizz tal-ilma. Jekk l-applikant ma jkunx id-detentur tal-kont, tkun meħtieġa prova li hu s-sid biex jirreġistra l-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika