Ħarsa ġenerali​

Tingħata possibilità lill-applikant sabiex jikseb approvazzjoni biex jopera mitħna ta' għalf immedikat (medicated feed mill).

X’se tingħata

Ittra t'approvazzjoni kemm-il darba l-applikazzjoni u l-spezzjoni assoċjata magħha jiġu evalwati b'mod pożittiv.

Eliġibbiltà​​

Operaturi prospettivi ta' mitħna tal-għalf immedikat (medicated feed mill).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Pjanta tas-sit (1:250)
ii) Curriculum Vitae tal-Persuna Teknika
iii) Proċeduri Standard ta’ Operat (Standard Operating Procedures)
iv) Pjanta tal-post (1:100)
v) Pjan tal-HACCP (Hazard Analysis and Critical Control Points Plan)
vi) Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (jekk applikabli)
vii) Disinn tal-linja tal-għalf immedikat
viii) Liċenzja tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (Malta Financial Services Authority) (jekk l-applikant huwa kumpanija limitata)
ix) Memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija (jekk l-applikant qed jirrappreżenta kumpanija)
applika