Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta' boroż ta' studju ENDEAVOUR II tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta'

kwalità fil-livell post-terzjarju, f’ livell 7 u livell 8 u biex tassigura li s-suq tax-

xogħol Malti jkollu l-aħjar nies sabiex dan ikun f'pożizzjoni li jikkompeti f'livell

internazzjonali. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jaqbdu din it-triq

kif ukoll li tikkontribwixxi effettivament għall-ekonomija.

L-edukazzjoni post-terzjarja hi parti dejjem iżjed importanti fl-aġenda ekonomika

u soċjali ta' kull pajjiż. Dan għaliex hija element ewlieni fl-żvilupp professjonali

kontinwu ta' ħafna nies.

X’se tingħata

L-iskema għandha fil-mira studenti żgħazagħ u ikbar fl-età li qed jiġu inkoraġġuti

biex ikomplu l-istudji tagħhom fil-Livell 7 u 8 tal-MQF. Dawn jistgħu jkunu studji

akkademiċi fil-livell ta’ Masters jew Dottorat jew xi kwalifika vokazzjonali oħra li

twassal għal-Livell 7 jew 8 tal-QMF

Però, l-applikanti li diġà għandhom lawrija ta’ Masters tal-Livell 7, jistgħu ukoll

japplikaw għal programm fil-Livell 7 jew 8. Min-naha l-oħra, l-applikanti li diġà

għandhom lawrija ta’ Dottorat tal-Livell 8/Dottorat Professjonali jew kwalifika

komparabbli għal-Livell 8 mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt din l-iskema.

Fi ftit kliem, l-applikanti ma jistgħux ikollhom lawrija fl-istess livell bħal dik li qed

japplikaw għaliha taħt din l-skema. B’hekk l-applikanti jridu japplikaw għal

kwalifika ta’ livell ogħla minn dik li għandhom diġà.

Din l-iskema hija ko iffinanzjata mill- Fondi Ewropej taht ESF+.03.185

L-applikanti iridu jkunu lesti li jibdew l-istudju taghhom bejn 15 ta’ Mejju 2024 u t-

30 t’ April 2025

Huwa importanti li l-applikanti jsegwu s-sit eletroniku u jaqra r-regolamenti.

Wiehed ghandu jsib ukoll mistoqsijiet bit-twegibiet u l-holqa ghall-applikazzjoni.

.

https://education.gov.mt/myscholarships/

Eliġibbiltà​​

L-iskema għandha fil-mira studenti żgħazagħ u ikbar fl-età li qed jiġu inkoraġġuti biex ikomplu l-istudji tagħhom fil-Livell 7 u 8 tal-MQF. Dawn jistgħu jkunu studji akkademiċi fil-livell ta’ Masters jew Dottorat jew xi kwalifika vokazzjonali oħra li twassal għal-Livell 7 jew 8 tal-QMF Però, l-applikanti li diġà għandhom lawrija ta’ Masters tal-Livell 7, jistgħu ukoll japplikaw għal programm fil-Livell 7 jew 8. Min-naha l-oħra, l-applikanti li diġà għandhom lawrija ta’ Dottorat tal-Livell 8/Dottorat Professjonali jew kwalifika komparabbli għal-Livell 8 mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt din l-iskema. Fi ftit kliem, l-applikanti ma jistgħux ikollhom lawrija fl-istess livell bħal dik li qed japplikaw għaliha taħt din l-skema. B’hekk l-applikanti jridu japplikaw għal kwalifika ta’ livell ogħla minn dik li għandhom diġà. Din l-iskema hemm il- possibilita’ li tkun iffinanzjata mill- fondi ewropej ESF+. L-applikanti iridu jkunu lesti li jibdew l-istudju taghhom bejn 24 ta’ Mejju 2023 u t- 30t’ April 2024. Huwa importanti li l-applikanti jsegwu s-sit eletroniku u jaqra r-regolamenti. Wiehed ghandu jsib ukoll mistoqsijiet bit-twegibiet hawn

Kif tapplika​

L-applikant irid ikun fil-pussess ta l -E- ID biex jaccessa l-applikazzjoni onlajn u l-

holqa hija accessibli mis-sit eletroniku msemmi hawn fuq. L-applikazzjonijiet ikunu

miftuha bejn 15 ta’ Mejju 2024 u 21 ta’ Gunju 2024 f’nofsinhar hin lokali.

Il- lista ta dokumenti mehtiega ma din l-applikazzjoni jinsabu fi klawsola 8 tar-

Regolamenti 2023.

Importanti li hadd ma jhalli ghall-ahhar ftit granet minhabba influss qawwi ta

applikazzjonijiet.

applika