Ħarsa ġenerali​

L-iskema tal-Get Qualified hija inizzjattiva biex tghin fl-izvilupp tal-individwi biex jakkwistaw kwalifiki fl-industrija. Dan l-incentiv japplika ghal individwi li qed isegwu kors li jwassalhom ghal diploma, degree jew post-graduate certificate. Wara li jitterminaw il-kors b'success , l-istudent jibbenifika minn kreditu ta' taxxa li jkopri parti mill-ispejjez li jhallas ghal kors.

X’se tingħata

L-istudenti li qed jattendu korsijiet approvati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol huma ntitolati ghal kreditu ta' taxxa fuq dawn il-mizati:

  • mizati mhallsa mill-individwu lill-universita/istituzzjoni jew entitajiet ohra rikonoxxuti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol ghal tahrig u servizzi edukattivi li jwasslu ghal kwalifika
  • mizati mallsa ghal ezamijiet biex tinkiseb il-kwalifika.

Eliġibbiltà​​

Il-kwalifika tigi ikkunsidrata eligibbli jekk tkun approvata fil-livell minn 3 'il fuq l-istruttura tal-Malta Qualifications Framework. Aktar informazzjoni tista tinkiseb f'sezzjoni 4.1 tal-linji gwida tal-iskema. F'kazijiet ta' tahrig specjalizzat li ma jaqax fl-istruttura tal -Malta Qualifications Framework, il-kors jigi evalwat kaz b'kaz. Il-kwalifiki jigi evalwati wkoll skont il-mertu li jigi vverifikat b'forma ta assessjar li hija specifika ghal kwalifika.

Kif tapplika​

Sabiex tibbenefika minn krediti ta’ taxxa skond il-linji gwida ta’ l-iskema, l-istudenti għandhom isegwu l-proċedura t’applikazzjoni t’ hawn taħt sabiex tapplika:

  • Iċċekkja jekk il-kors li qed jiġi segwit huwiex fil-lista ta' korsijiet approvati li jistgħu jidhru Għafas Hawn

  • Jekk il-kors huwa diġà fil-lista approvata, l-istudenti jistgħu jagħżlu li jirreġistraw lilhom infushom billi jaċċessaw il-portal billi jikklikkjaw Għafas Hawn

  • Ladarba jkunu rreġistrati, l-istudenti jirċievu username u password li jippermettulhom ikollhom aċċess għas-sistema onlajn, jissottomettu u jamministraw l-applikazzjoni tagħhom. Wara r-reġistrazzjoni, l-istudenti huma mfakkra li huma xorta meħtieġa jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom, f'konformità mal-Linji Gwida dwar l-Inċentivi

  • Jekk il-kors ma jkunx disponibbli f'lista approvata, l-istudenti għandhom jużaw din il-formola t’applikazzjoni Hawnhekk , biex jiġu kkunsidrati għall-eliġibilità taħt l-iskema

ISTITUZZJONIJIET

Applika għal korsijiet ġodda biex jitqiesu bħala eliġibbli:

L-istituti li japplikaw għal kors li mhuwiex diġà elenkat għandhom jużaw din il-formola tal-applikazzjoni biex jitqiesu għall-eliġibilità taħt l-iskema.Għafas Hawn

Tirreġistra Studenti

L-istituti li jirreġistraw studenti biex jitqiesu għall-eliġibilità taħt l-iskema għandhom jużaw din il-formola ta’ reġistrazzjoni. Għafas Hawn

applika