Overview
L-iskema tal-Get Qualified hija inizzjattiva biex tgħin fl-iżvilupp tal-individwi biex jakkwistaw kwalifiki fl-industrija. Dan l-inċentiv japplika għal individwi li qed isegwu kors li jwassalhom għal diploma, degree jew ċertifikat post-graduate. Wara li jitterminaw il-kors b'suċċess , l-istudent jibbenifika minn kreditu ta' taxxa li jkopri parti mill-ispejjeż li jħallas għall-kors.
What You'll Get
L-istudenti li qed jattendu korsijiet approvati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol huma ntitolati għal kreditu ta' taxxa fuq dawn il-mizati:
-Miżati mħallsa mill-individwu lill-università/istituzzjoni jew entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol għal taħriġ u servizzi edukattivi li jwasslu għal kwalifika;
-Miżati mħallsa għal eżamijiet biex tinkiseb il-kwalifika.
Eligibility
Il-kwalifika tiġi kkunsidrata eliġibbli jekk tkun approvata fil-livell minn 3 'l fuq l-istruttura tal-Malta Qualifications Framework. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb f'sezzjoni 4.1 tal-linji gwida tal-iskema.
F'każijiet ta' taħrig speċjalizzat li ma jaqax fl-istruttura tal-Malta Qualifications Framework, il-kors jiġi evalwat każ b'każ. Il-kwalifiki jiġu evalwati wkoll skont il-mertu li jiġi vverifikat b'forma ta' assessjar li hija speċifika għal kwalifika.
Application Requirements
Istituti li japplikaw għal kors li mhux diġà elenkat għandhom jużaw din il- formula t'applikazzjoni biex tiġi kkunsidrata għall-eliġibilità taħt l-iskema.
Istituti li jirreġistraw studenti biex jiġu kkunsidrati għall-eliġibilità taħt l-iskema għandhom jużaw din il-formola ta' reġistrazzjoni
applika