Il-programm bla ħlas huwa maħsub għal trabi u tfal żgħar sal-età ta’ 3 snin flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jkattar il-gost għall-qari fit-tfal minn età bikrija u jsaħħaħ fihom il-ħiliet lingwistiċi tagħhom, fejjieda għall-iżvilupp tagħhom. Dan il-programm jinvolvi l-qari animat ta’ kotba adattati għal tfal ta’ din l-età, il-kant ta’ taqbiliet u attivitajiet relatati mal-iżvilupp tat-tfulija bikrija. Is-sessjonijiet huma ta’ siegħa u jsiru bil-Malti u bl-Ingliż.
Dan il-programm iseħħ f’aktar minn 50 post differenti li jvarjaw minn skejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. Dan il-programm huwa parzjalment sponsorjat mill-Bank of Valletta.
Il-programm huwa maħsub għal trabi sal-età ta’ 3 snin.
Jekk jogħġbok, żur il-paġna ta’ Facebook Aqra Miegħi/Read with Me jew ċempel fuq 25982999 jew ibgħat email lil [email protected] għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm u biex tibbukkja.
Dokumenti meħtieġa
Malli jsir il-booking, dawk li se jattendu jiġu mitluba jċemplu fuq 25982999 jew jibagħtu email fuq [email protected] sabiex jagħtu d-dettalji li ġejjin:
• Isem u kunjom it-tifel/tifla
• Isem u kunjom il-ġenitur li jakkumpanja lit-tifel/tifla
• Numru tal-karta tal-identità tal-ġenitur
• Numru ta’ kuntatt
• Email
Dawn id-dettalji mbagħad jinkitbu f’attendenza li tingħata lill-Animatur tal-Qari konċernat.
Dawn id-dettalji jingħataw biss għaż-żamma tar-rekords u f’każ ta’ kanċellazzjonijiet.