SkolaSajf toffri opportunità lit-tfal ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena li waqt ix-xhur tas-Sajf jattendu programm strutturat ta’ attivitajiet li huma xprunati mill-iskop li huma jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir. L-attivitajiet huma addattati għal etajiet differenti u jinkludu dawk kulturali, artistiċi, u sportivi, u anke ħarġiet.
Skolasajf din is-sena għandha t-tema ‘Life is My Adventure!’
Is-servizz huwa offrut f'diversi ċentri madwar Malta u Għawdex, inkluż fir-Resource Centers. Hemm miżata ta' reġistrazzjoni ta' €25 għal kull tifel/tifla. Din is-sena hemm il-possiblita li l-extended hours jitħalsu ukoll online. Wieħed jista jixtri pakkett ta siegħat bir-rata ta 80c fis-siegħa.
Il-programm prinċipali huwa dak ta' bejn 8:30am u 12:30pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-servizz ta' iktar sigħat bejn 7:00am u 8:30am, u bejn 12:30pm u 5:30pm, jingħata f’uħud miċ-ċentri lill-ġenituri li jaħdmu.
Il-programm prinċipali huwa offrut lil kull tifel/tifla bejn it-3 snin u s-16-il sena. Is-servizz ta' iktar sigħat huwa għal ġenituri li jaħdmu.