Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-AQA.

L-eżamijiet tal-AQA jinkludu l-GCE (qabel magħruf bħala l-livell Avvanzat) biss.

X’se tingħata

Il-pubbliku ġenerali huma mogħtija l-opportunità li japplikaw għall-eżamijiet tal-AQA.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Applikazzjoni Online:

Il-kandidati li għandhom kont tal-e-ID Malti jaċċessaw is-sit elettroniku hawn u jdaħħlu d-dettalji tal-e-ID tagħhom u jagħżlu AQA” skont kif applikabbli.

Id-dettalji personali li huma disponibbli mill-e-ID jimtlew awtomatikament, għalkemm il-persuna li qed tapplika jkollha ċ-ċans temenda l-indirizz. Dettalji adizzjonali jiġu miżjuda mill-persuna li qed tapplika.

Il-kandidati jridu jagħżlu jekk hux qed japplikaw permezz tal-iskola tagħhom (f’każ tal-istudenti tal-Form 5) jew inkella bħala kandidati privati.

Fil-każ ta’ persuni li qed jissottomettu applikazzjoni għall-eżamijiet tal-Edexcel għall-ewwel darba, dawn għandhom jagħżlu “no” għall-Unique Candidate Identifier (UCI).

Wara jridu jagħzlu s-suġġetti kollha applikabbli billi jagħżlu “add subject” wara kull suġġett.

Meta l-persuna li qed tapplika tkun sodisfatta li s-suġġetti magħżula huma kollha elenkati b’mod korrett, hija tagħfas “submit” u kompli għaddej bil-pagament.

Dokumenti meħtieġa

Karta tal-Identità Maltija u li jkollok kont tal-e-ID Malti.

applika