Ħarsa ġenerali​

Din l-Approvazzjoni ta' Ħtiġijiet (AOR) hija maħruġa mid-Dipartiment tar-Rizorsi Edukattivi (ERD) u tapprova li l-persuna li għandha din l-approvazzjoni hija kwalifikata sabiex taħdem fil-qasam tal-kura u ħarsien tat-tfal (0-3 snin) jew bħala Carer jew bħala Kap taċ-Ċentru skont il-każ.

​X’ser​ tingħata

L-applikant li jimla dak kollu li hu mitlub f'din l-applikazzjoni u jissodisfa l-kriterji kollha jirċievi din l-AOR bħala fajl PDF. Dan il-fajl PDF irid jinżamm bħala parti mill-portfolio tal-persuna. Hija r-responsabbilta` tal-individwu kkonċernat li jibgħat kopja lil min iħaddmu wkoll.

Eliġibbiltà​​

Carer tat-tfal: MQF Livell 4 f'Kura tat-Tfal jew simili. Kap taċ-Ċentru: MQF Livell 5 f'Kura tat-Tfal jew simili.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok imla l-oqsam kollha mmarkati f'din l-applikazzjoni. Kun ċert li diġa' għandek kopja skennjata taċ-ċertifikati kollha ġo fajl PDF wieħed. Fil-każ ta' ċertifikati barranin, kun ċert li għandek mehmuz ukoll rikonoxximent tal-kwalifiki mill-MQRIC. Evita li ddaħħal formoli t'applikazzjoni mingħajr id-dokumenti kollha meħtieġa.
applika