Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni għal Liċenzja ta’ Ċentru tal-Ħarsien tat-Tfal fis-snin bikrin (0 sa 3 snin) ta’ Matul il-Jum jew ta’ Matul il-Lejl.

​X’ser​ tingħata

Liċenzja Temporanja sabiex tibda’ topera valida għal 6 xhur.

Eliġibbiltà​​

Ta’ Matul il-Jum: Ċentri ġodda tal-Ħarsien tat-Tfal fis-snin bikrin li fihom ikun tlesta x-xogħol kollu.

Ta’ Matul il-Lejl: Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal fis-snin bikrin li huma liċenzjati b’full licence sabiex joperaw Matul il-Jum huma eliġibbli li japplikaw sabiex joffru s-servizz ta’ Matul il-Lejl fis-snin bikrin.

Kif tapplika​

Il-Formola tal-Applikazzjoni għandha tintela’ tajjeb u sottomessa onlajn. Ladarba il-formola tiġi aċċettata, fi żmien 5 ijiem tax-xogħol, l-applikant jirċievi e-mail li tinfurmah sabiex jissottometti id-dokumenti kollha meħtieġa kif rikjest mill-formola tal-applikazzjoni stess.

Dokumenti meħtieġa
Jekk jgħoġbok irreferi għad-dokument mehmuż applikabbli fil-Formola tal-Applikazzjoni nnifisha.

applika