Ħarsa ġenerali​

Dan il-kors qasir joffri lill-ġenituri/kustodji u lil dawk li jieħdu ħsieb it-trabi u tfal żgħar minn 1 sa 3 snin, pariri prattiċi biex jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi u komunikattivi tagħhom. Il-ġenituri/kustodji jattendu għall-kors flimkien mat-tfal tagħhom u jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi, tal-lingwa u l-litteriżmu. Il-ġenituri/kustodji jiġu mħeġġa jimplimentaw dawn l-attivitajiet id-dar.

​X’ser​ tingħata

Suġġerimenti prattiċi biex jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi u komunikattivi tagħhom.

Eliġibbiltà​​

Il-programm huwa maħsub għal tfal minn 1 sa 3 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok, żur il-paġna ta’ Facebook Aqra Miegħi/Read with Me jew ċempel fuq 25983328 jew ibgħat email lil [email protected], għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm u biex tibbukkja.

 

Dokumenti meħtieġa

Malli jsir il-booking, dawk li se jattendu jiġu mitluba jċemplu fuq 25983328 jew jibagħtu email fuq [email protected] sabiex jagħtu d-dettalji li ġejjin:

• Isem u kunjom it-tifel/tifla

• Isem u kunjom il-ġenitur li jakkumpanja lit-tifel/tifla

• Numru tal-karta tal-identità tal-ġenitur

• Numru ta’ kuntatt

• Email

Dawn id-dettalji mbagħad jinkitbu f’attendenza li tingħata lill-Animatur tal-Qari konċernat.

Dawn id-dettalji jingħataw biss għaż-żamma tar-rekords u f’każ ta’ kanċellazzjonijiet.

applika