Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta' childcare mingħajr ħlas hija sistema mwiegħda fil-Manifest Elettorali tal-Gvern, fejn il-Gvern jipprovdi servizzi ta' childcare mingħajr ħlas lil ġenituri/tuturi li jaħdmu jew li qed ikomplu bl-edukazzjoni. Is-servizz ta' childcare huwa pprovdut jew direttament permezz tas-servizzi tal-Gvern jew b'mod alternattiv permezz ta' Ċentri ta' childcare irreġistrati.

X’se tingħata

Servizz ta' childcare mingħajr ħlas f'ċentri reġistrati taċ-childcare.

Eliġibbiltà​​

It-tfal li l-ġenituri tagħhom huma impjegati u/jew fl-edukazzjoni. Tfal jibqgħu eliġibbli għall-iskema ta' childcare mingħajr ħlas sakemm dawn jiġu eliġibbli biex jattendu l-klassijiet ta' Kindergarten. Għal aktar informazzjoni bħal liema ċentri taċ-childcare jinsabu f'din l-iskema, ikklikkja hawn.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u applika direttament fiċ-ċentru taċ-childcare preferut tiegħek. Jiddependi miċ-ċentru taċ-childcare jekk jistax jieħu ħsieb il-bżonnijiet tat-tifel/tifla tiegħek; jekk ikun jista'; wara ssir applikazzjoni permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Childcare li u jgħadduha liċ-Childcare Unit mingħajr Ħlas biex jara kemm tkun eliġibbli fl-iskema.

Dokumenti meħtieġa mill-ġenituri/tuturi:

a) Studenti:
i) Dikjarazzjoni tal-attendenza tal-kors mill-istituzzjoni edukattiva.
ii) Dikjarazzjoni tar-rikonoxximent tal-kors mill-NCFHE.

b) Impjegati:
i) 3 payslips riċenti tal-ġenitur eliġibbli omm jew single parent (imfisser bħala omm jew missier) li qed jaħdem/taħdem jew jistudja/tistudja.
ii) Dikjarazzjoni mingħand min iħaddem sew lill-ġenitur eliġibbli u, fejn japplika, il-ġenitur l-ieħor (imfisser bħala missier li diġà qed jaħdem u/jew jistudja) li turi:
Skeda fissa: medja ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa u n-numru ta' ġranet ta' xogħol fil-ġimgħa.
Skeda flessibbli: medja ta' sigħat ta' xogħol kull xahar u n-numru ta' ġranet ta' xogħol kull xahar.

ċ) Min jaħdem għal rasu:
i) L-aktar income tax return reċenti u l-irċevuta relevanti mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
ii) Dikjarazzjoni li tgħid:
Skeda fissa: Medja ta' sigħat ta' xogħol u n-numru ta' ġranet ta' xogħol fil-ġimgħa.
Skeda flessibli: medja ta' sigħat ta' xogħol kull xahar u n-numru ta' ġranet ta' xogħol kull xahar.
iii) Ġenitur eliġibbli li jgħid li għandu kustodja unika tat-tifel/tifla ikollu jipprovdi dokumentazzjoni legali li tindika li dan il-ġenitur għandu l-kura u l-kustodja sħiħa tat-tifel/tifla.
iv) Il-ġenituri kollha, jekk ikunu impjegati jew jaħdmu għal rashom, huma responsabbli, fejn meħtieġ, li jkollhom regolarizzata l-pożizzjoni tagħhom mal-Jobsplus. Kull verifika li tista' ssir mid-Dipartiment li tipprova modieħor tista' tirriżulta fi tiskwalifika mill-iskema ta' childcare bla ħlas u possibbilment azzjoni legali.
applika