Il-benefiċċju jikkonsisti f'eżenzjoni mit-taxxa fuq dħul minn impjieg li jista' jintalab permezz ta' kreditu ta' taxxa. Japplika għal individwi li jlestu l-kors rilevanti tal-istudji fl-2018 jew wara. Fejn l-individwu jsegwi l-kors rilevanti ta’ studji fuq bażi part-time, il-kreditu tat-taxxa jitnaqqas b’50%. Tnaqqis fil-kreditu ta’ taxxa japplika wkoll fejn il-kors ta’ studji jkun beda qabel l-2017. Fil-każ ta’ Masters, il-kreditu ta’ taxxa huwa disponibbli kontra t-taxxa fuq id-dħul li jkun inqala’ matul is-sena ta’ wara dik li fiha jitlesta l-kors. Fil-każ ta' PhD huwa disponibbli għal sentejn suċċessivi. Individwu li jikseb Masters u jitlob il-kreditu tat-taxxa għal sena, u aktar tard jikseb PhD, jista' jitlob il-kreditu tat-taxxa għal sena oħra. Inkella, il-kreditu tat-taxxa jista' jintalab darba biss.
Sena ta’ kreditu ta’ taxxa fuq Masters kif ukoll sentejn ta’ kreditu ta’ taxxa fuq PHd’s
L-inċentiv ma jkunx disponibbli għal individwi li jibbenefikaw minn kwalunkwe inċentiv tat-taxxa ieħor relatat mal-istess kwalifika. L-impjieg ta' individwu f'kapaċità professjonali ma jistax jitlob il-kreditu tat-taxxa jekk il-grad ikun inkiseb bħala prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu.
Persuna li titlob il-kreditu tat-taxxa trid tibqa' f'impjieg f'Malta għal mill-inqas erba' snin, jew, fejn il-kreditu jkun ġie użat għal sentejn, għal ħames snin wara s-sena li fiha tkun tlestiet il-kors. Jekk din il-kundizzjoni tinħassar, il-kreditu tat-taxxa għandu jiġi rimborżat, iżda hija permessa eċċezzjoni meta l-impjieg jintemm minħabba mard jew korriment.
Imla l-formola online u ibgħatha.
Dokumenti Meħtieġa:
Id-dokumenti meħtieġa huma;
- Acceptance Letter
- Kwalifika
- Qtraskrizzjoni tal-kwalifika
- FS3
- MQRIC (mhux meħtieġa għall-Universita ta’ Malta, MCAST u l-ITS).