Ħarsa ġenerali​

Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla hija responsabbli sabiex tagħti liċenzji lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla li joffru korsijiet akkreditati skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki kif spjegat fl-Avviż Legali 296 tal-2012.

X’se tingħata

Il-Kummisjoni toħroġ liċenzja sabiex istituzzjonijiet tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla lokali joperaw u joffru korsijiet akkreditati skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

Eliġibbiltà​​

Sabiex istituzzjoni edukattiva tkun tista’ topera uffiċjalment, irid ikollha:

1. Minn tal-inqas kors akkreditat (kemm kwalifika Maltija kif ukoll kwalifika barranija) skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki;
2. Għalliema kkwalifikati (CVs u kopji tal-kwalifiċi flimkien ma’ ċertifikat ta’ rikonoxximent mill-MQRIC fil-każ ta’ kwalifiċi barranin);
3. Dokument li jiddeskrivi assikurazzjoni ta’ kwalità interna. Għal aktar informazzjoni irreferi għal: Internal Quality Assurance Framework.
4. Post ta’ tagħlim (skola) bil-permessi kollha neċessarji (irreferi għal: ACC/02/2017)

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika