Ħarsa ġenerali​

Ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu japplikaw biex jiġu eżenti mill-ħlas għal tagħlim f'istituzzjonijiet tal-istat jekk huma intitolati skont il-liġi. Kategoriji ta' applikanti jistgħu jinkludu dawk li qed ifittxu ażil (kenn politiku), refuġjati, dawk li qed ifittxu ażil jew ġew rifjutati sakemm jiġu deportati, persuni li jkollhom permessi waħidhom jew il-karta blu, kif ukoll membri tal-familja u dipendenti ta' dawk intitolati. Ħlasijiet jistgħu wkoll jitwarrbu minħabba raġunijiet umanitarji għal persuni li altrimenti ma kinux ikunu intitolati.

X’se tingħata

Eżenzjoni mill-ħlasijiet għal sena li tiġġedded taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li jirregolaw iċ-ċittadini u ċittadini tal-UE skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

Eliġibbiltà​​

Dawk eliġibbli għandu jkollhom:
i) Status ta' refuġjati.
ii) Protezzjoni sussidjarja.
iii) Protezzjoni umanitarja temporanja.
iv) Dawk li qed ifittxu ażil.
v) Dawk li qed ifittxu u ma ngħatawx ażil qabel ma jiġu deportati.
vi) TCN single permit.
vii) Skemi ta' residenza fit-tul u skemi oħra ta' residenza.
viii) MIn hu miżżewweġ u dawk dipendenti ta' dawn imsemmija hawn fuq.
ix) TCN miżżewġin lil ċittadini tal-UE jew Maltin u d-dipendenti tagħhom. Dawk li ma jistgħux japplikaw jinkludu: i) Detenturi ta' permess biex jistudjaw. ii) Detenturi li ma jkollhomx permess ta' residenza f'Malta. Din id-dikjarazzjoni għandha timtela f'kull terminazzjoni ta' kull impjegat jew min jaħdem għal rasu li jtemm l-impjieg.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Karta tal-permess ta' residenza/passaport.
ii) Ċertifikat tat-twelid tal-istudent.
iii) Ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri, jekk japplika.
iv) Karta tal-Kummissjoni tar-Refuġjati, jekk japplika.
V) Kondotta mill-Pulizija, jekk japplika.
vi) Evidenza tal-Kors ta' Studju konċernat.
applika