Overview
Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti huma pprovduti mill-Gvern ta' Malta lil studenti li jattendu f'Istituzzjonijiet Edukattivi Post-Sekondarji, Vokazzjonali u Terzjarji approvati. Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti huma regolati mil-Leġislazzjoni Sussidjarja 605.06. Din il-leġiżlazzjoni tiddetermina wkoll l-eliġibilità tal-applikanti.
L-istudenti huma mħeġġa japplikaw onlajn bejn it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru 2022 sabiex jibbenefikaw minn Stipendji u Għotjiet mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. L-istudenti li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom onlajn wara l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva jkunu kkunsidrati eliġibbli għal Stipendji u Għotjiet mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Studenti ġodda, studenti li jibdlu l-kors u/jew istituzzjoni, studenti li qegħdin jirrepetu, u studenti f’sena addizzjonali jew ta’ estensjoni għandhom japplikaw għall-Istipendji u Għotjiet tal-Istudenti billi jissottomettu applikazzjoni onlajn fil-bidu tas-sena akkademika billi jużaw l-e-ID u l-password tagħhom permezz ta'
din il-link
L-Istudenti promossi huma mitluba jaċċessaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom biex jikkonfermaw id-dettalji diġà mimlija tal-kors tagħhom u dettalji personali oħra billi jużaw l-e-ID u l-passwerd tagħhom fil-bidu tas-sena akkademika rispettiva iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, sabiex jibbenefikaw għal Stipendji u Għotjiet mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. Studenti li jikkonfermaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom wara l-aħħar ta’ Diċembru 2022 se jitqiesu eliġibbli għal Stipendji u Għotjiet mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
What You'll Get
L-istudenti li jistudjaw f’livell QMK 5 u 6, kif ukoll xi studenti li qed jistudjaw fil-Livell QMK 7, u li jkunu kkonfermaw b'suċċess l-applikazzjoni onlajn tagħhom, jirċievu dan li ġej:
- Għotja tal-Bidu, mogħtija darba kull sena akkademika, li għandha tintuża għax-xiri ta’ kotba tal-iskola u materjal edukattiv ieħor.
- Għotja ta’ Darba, għal studenti li qegħdin fl-ewwel sena fil-kors tagħhom. Din l-għotja tingħata għal kors li jitqies li jwassal għal kwalifika ta’ livell QMK 6.
- Rati ta’ stipendju; Dawn jiġu kreditati f’ammonti li jitħallsu f’arretrati kull erba' ġimgħat. Jibdew mill-ewwel ġimgħa ta' Diċembru u normalment jaslu sa Awwissu. Dawn ir-rati ta’ stipendju jistgħu jkunu soġġetti għal tnaqqis minħabba assenteiżmu.
- Għotja għall-Ġenituri Singli, (skont l-eliġibbiltà). L-ammont jiddependi fuq il-livell tal-MQF tal-kors magħżul. Din l-għotja tingħata lill-studenti fuq bażi full-time li huma ġenituri waħedhom, u li jiddependu biss fuq benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bħala dħul finanzjarju.
- Stipendji Speċjali tas-Sajf, li jiġi ikkreditat lil apprentisti eliġibbli, pagabbli tul is-sajf, u suġġett għall-attendenza)
- Ħlas Parzjali tal-Paga Minima, li jiġi ikkreditat lil apprentisti eliġibbli. Huwa ħlas addizzjonali biex b’kollox ir-remunerazzjoni għal apprentistat, matul is-sena kollha, ma jkunx inqas mill-paga minima. Huwa suġġett għal tnaqqis skont l-attendenza tal-istudent.
- Għotjiet Supplimentari, li, wara approvazzjoni mill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, jiġu ikkreditati mar-rati tal-istipendji.
Dati tal-Ħlas tal-Istipendji għas-Sena Akkademika 2023-2024*
- 2 ta’ Diċembru 2023
- 30 ta’ Diċembru 2023
Dati tal-Ħlas tal-Istipendji għas-Sena 2024.
- 29 ta’ Jannar 2024
- 26 ta’ Frar 2024
- 25 ta’ Marzu 2024
- 22 ta’ April 2024
- 20 ta’ Mejju 2024
- 17 ta’ Ġunju 2024
- 15 ta’ Lulju 2024
- 12 ta’ Awwissu 2024
Id-dati tal-istipendji ta' hawn taħt huma applikabbli biss għall-istudenti wara t-3 semestru tagħhom u dawk dwar il-programmi tal-Apprendistati
- 9 ta’ Settembru 2024
- 7 ta’ Ottubru 2024
- 4 ta’ Novembru 2024
Eligibility
Biex l-istudenti jibbenefikaw minn Stipendji u Għotjiet huma għandhom: -
- Ikunu Ċittadini Maltin, jew ikollok mill-inqas ġenitur wieħed li jkun Ċittadin Malti; jew tkun ċittadin ta’ stat tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea jew membru tal-familja ta’ tali ċittadin tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea (sakemm dik il-persuna tkun kisbet residenza permanenti f’Malta; jew tkun ċittadin ta’ stat tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea). li qiegħed f’Malta jeżerċita d-drittijiet
tiegħu/tagħha tat-Trattat bħala ħaddiem, persuna li taħdem għal rasha jew persuna li żżomm tali status; jew tkun Ċittadin ta’ Pajjiż Terz li ngħata status ta’ refuġjat/residenza fit-tul.
-
- Ikunu residenti f'Malta għal perjodu ta' mhux inqas minn 5 snin immedjatament qabel il-bidu tal-kors ta' studji rispettivi. Iżda għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ 5 snin, ma għandhiex tingħata konsiderazzjoni għal dak il-perjodu ta’ żmien li matulu l-istudent, skont dan ir-Regolament, kien ikun jgħix barra minn Malta minħabba trattament mediku jew xi skop ieħor li l-Bord. jistgħu jqisu aċċettabbli.
- Temmew it-terminu tal-edukazzjoni obbligatorja tagħhom.
- Jattendu l-kors ta' studji rispettivi tagħhom regolarment u qed jagħmlu progress sodisfaċenti.
- Mhumiex f'impjieg full-time.
- Huma f'impjieg part-time li ma jaqbiżx il-25 siegħa ta’ xogħol fil-ġimgħa.
- Javvanzaw fil-livell ta' studji tagħhom. Il-progress tal-livell tal-istudji għandu jiġi determinat skont il-livelli tal-Qafas ta’ Malta tal-Kwalifiki kif stabbilit miċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta jew kwalunkwe korp kompetenti ieħor.
Application Requirements
Imla l-formola online, żid id-dokumenti rikjesti u ibgħatha.
Dan t’hawn taħt huwa gwida għall-applikazzjoni onlajn tal-Istipendji u l-Għotjiet:
- Paġna 1: Din il-paġna fiha d-dettalji personali tiegħek. Kun żgur li dawn huma korretti. Ikollok bżonn ukoll timla l-IBAN. Huwa magħmul minn 31 karattru alfanumeriku.
- Paġna 2: Ikklikkja l-mistoqsijiet kollha u imla d-dettalji kollha tal-kors tiegħek. Żgura wkoll li timla mill-inqas oġġett wieħed fit-taqsima tal-Edukazzjoni / Lista tal-Impjiegi.
- Paġna 3: Din il-paġna hija relatata mal-Għotjiet Supplimentari. Ikklikkja Iva għall-mistoqsija dwar Supplimentari u agħżel raġuni għaliex qed titlob Supplimentari.
- Paġna 4: Hawnhekk se ttella' l-fajls mitluba. Se jkollok bżonn Il-Lista tal-Impjiegi ta’ Jobsplus tiegħek u l-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola. Jekk tlabt ukoll Allowances Supplimentari, kun żgur li ttella' wkoll id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa taħt it-titlu t-tajjeb.
Ladarba timla l-formola onlajn kun żgur li tikklikkja fuq il-buttuna, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek.
L-istudenti jistgħu jieħdu sa 10 minuti biex jidħlu, jimlew u jissottomettu applikazzjoni onlajn b'mod korrett. Dan il-perjodu ta' żmien jassumi li kopji elettroniċi tad-dokumenti mitluba huma diġà disponibbli u l-kont IBAN diġà disponibbli.
L-istudenti jistgħu jemendaw l-applikazzjonijiet tagħhom onlajn għal Stipendji u Għotja sal-aħħar ta’ Ġunju tas-sena akkademika rispettiva.
Ma jsirx aktar ipproċessar ta' applikazzjonijiet onlajn wara t-30 ta' Ġunju 2023.
applika