Ħarsa ġenerali​

Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari huma għotjiet maħsubin għal studenti li qegħdin jiffaċċjaw ċerti problemi, inklużi dawk finanzjarji.

X’se tingħata

L-istudenti li nstabu eliġibbli għall-Għotjiet Supplimentari, u li diġà qegħdin jirċievu l-istipendji, jirċievu dan li ġej:

a) Rati Supplimentari ta’ Stipendji - Dawn huma rati addizzjonali għall-istipendju normali. Jiġu ikkreditati lill-istudenti kull 4 ġimgħat. Tnaqqis għal dawn ir-rati jista’ jsir minħabba assenteiżmu minn lekċers.

b) L-Għotja Supplimentari - Din l-għotja tingħata darba lill-istudenti li jinstabu eliġibbli għall-Għotjiet Supplimentari u li qegħdin jistudjaw fil-Livelli QMK 5 jew 6.

Eliġibbiltà​​

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jiddetermina l-eliġibilità għall-Għotjiet Supplimentari billi juża test tal-mezzi bbażat fuq id-dħul totali tal-familja, fuq il-bażi ta’ sena akkademika waħda.

Id-dħul totali tad-dar tal-istudenti, li huwa bbażat fuq dokumentazzjoni mtella' mill-istudent fl-applikazzjoni onlajn, jinkludi dħul finanzjarju minn xogħol, benefiċċji soċjali riċevuti u/jew manteniment riċevut. Id-dokumentazzjoni kollha għandha tittella’ fuq l-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta' Manteniment tal-Istudenti.

Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jista' jevalwa ċerti każijiet fuq bażi sui generis.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

L-applikanti għandhom jipproċedu għall-paġna 3 tal-applikazzjoni onlajn u jagħżlu r-raġuni li għaliha qed jitolbu l-Għotjiet Supplimentari. Huma jistgħu wkoll jiktbu kummenti/ kjarifiki fil-kaxxa fil-qiegħ tal-paġna. L-istudenti għandhom imbagħad jipproċedu għal Pagna 4 u jtellgħu d-dokumentazzjoni mitluba għall-Għotjiet Supplimentari.
applika