Ħarsa ġenerali​

Il-Programm Edukattiv GEM16+ joffri opportunità lil dawn l-istudenti jkomplu jitgħallmu suġġetti akkademiċi li jwassluhom għas-SEC li jinkludu:

• Ingliz;
• Matematika;
• Malti;
• Għazla bejn Fiżika, ECDL jew Bijoloġija.

X’se tingħata

Studenti li jattendu il-Gem 16+;

• Jircievu stipendju;
• Ix-xoghol ta’ dawn l-istudenti jiġi rikonoxut mill-MCAST u l-ITS b’certi kundizzjonijiet li joffri l-program.

Eliġibbiltà​​

Applikanti li huma interessati, idealment ikollhom waħda minn dawn il-kriterji:

• Student/a li temm l-edukazzjoni obligatorja;
• Ikun qagħad għall-eżamijiet tas-SEC jew ir-resits tagħhom;
• Ikun kiseb ċertifikat SEC f’suġġett wieħed biss fi grad 1 sa 5;
• Ikun kiseb ċertifikat SEC f’suġġetti fi grad 6 u 7;
• Ikollu ċertifikat ta’ tmiem mill-iskola (School Leaving Certificate).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika