Overview
Il-Klassijiet ta’ Prevenzjoni (Reviżjoni) tas-SEC, bħala parti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ (Youth Guarantee) huma organizzati għaż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena, li ġabu 6, 7, U jew ġew immarkati assenti fl-eżamijiet ta’ Mejju ta’ Livell Ordinarju/SEC f’dawn is-suġġetti: il-Bijoloġija, il-Fiżika, il-Matematika, il-Malti u l-Ingliż.
L-istudenti jistgħu jagħżlu sa 3 suġġetti (li tinkludi għażla ta’ suġġett wieħed ta’ xjenza) jekk ġabu l-marka 6 jew inqas f’iżjed minn suġġett wieħed.
Dawn il-klassijiet huma pprovduti b’xejn fuq medda ta’ 5 ġimgħat tul is-sajf (Lulju – Awwissu 2019).
What You'll Get
• 6 sigħat ta’ lezzjonijiet għal kull suġġett fil-ġimgħa għal 5 ġimgħat, m’għalliema kkwalifikati u t’esperjenza; u
• Karti passati b’xejn u materjal ieħor.
Fejn se jsiru l-klassijiet?
Malta
o Kulleġġ Maria Regina (Lily of the Valley), il-Mosta
o Lifelong Learning Centre, l-Imsida
o MCAST, Raħal Ġdid
Għawdex
o Kulleġġ t’Għawdex – Skola Sekondarja, r-Rabat, Għawdex
Tistgħu ssibu aktar informazzjoni dwar dawn il-Klassijiet ta’ Prevenzjoni
hawn
Eligibility
Studenti bejn il-15 u l-24 sena li rċevew ir-riżultati tal-eżamijiet ta’ Mejju ta’ Livell Ordinarju/SEC, f’minimu ta’ suġġett obbligatorju wieħed (il-Bijoloġija, il-Fiżika, il-Matematika, il-Malti u l-Ingliż) u li ġabu l-marki 6 jew 7, jew ġew immarkati U jew assenti.
Application Requirements
L-applikazzjoni onlajn se tinfetaħ ftit wara li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-eżamijiet ta’ Mejju mill-MATSEC.
Għal aktar informazzjoni kkuntattja lill-Uffiċċju tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ġewwa l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol billi ċċempel 2598 1161/2/4 jew 2598 2846, jew tibgħat imejl fuq
[email protected].
Timeline
[{"Id":"3d85225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Jobs Plus","AddressLine1":"Jobsplus Head Office","AddressLine2":"Birzebbuga Road","AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"BBG 3000","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":null,"AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"cfd23950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Jobs Plus","AddressLine1":"Jobsplus Head Office","AddressLine2":"Birzebbuga Road","AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"BBG 3000","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":null,"AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"10 ijiem"},{"Id":"4ddc3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":3,"AddressName":"Jobs Plus","AddressLine1":"Jobsplus Head Office","AddressLine2":"Birzebbuga Road","AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"BBG 3000","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":null,"AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"35 jum"}]
applika