Ħarsa ġenerali​

Klabb 3-16 huwa servizz ta' kura wara l-ħin tal-iskola, għal tfal ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena, li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti. Bħalissa is-servizz jingħata fi 33 lokalità u wieħed jista’ jagħżel l-iktar ċentru konvenjenti. Is-servizz huwa offrut mill-iskejjel primarji tal-istat,  mit-Tnejn sal-Ġimgħa matul is-sena skolastika. Il-ħin tas-servizz matul il-ġranet skolastiċi huma minn x’ħin tispiċċa l-iskola, sas-18.00. Is-sigħat użati jistgħu jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-klijent, filwaqt li tiġi rispettata l-iskeda uffiċjali ta’ x’ħin wieħed jista’ jiġbor lit-tfal, kif maħruġa miċ-ċentru. Is-servizz jopera wkoll ġurnata sħiħa bejn is-07:00 u s-17:30 waqt il-vaganzi tal-iskola, skont id-domanda.

X’se tingħata

Tfal li jattendu Klabb 3-16 jibbenefikaw minn programm ippjanat ta’ attivitajiet. L-iskeda tagħti lit-tfal l-opportunità li jagħmlu l-HW tagħhom taħt il-gwida ta’ għalliema professjonali, u li jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi mhux formali mal-Playworkers. Dawn jinkludu attivitajiet bħall-arti u l-crafts, drama u rakkont ta’ stejjer, edukazzjoni fiżika u logħob, sessjonijiet tat-tisjir, esperimenti tax-xjenza, attivitajiet relatati mat-teknoloġija, taħditiet edukattivi u workshops li huma marbuta ma’ temi ta’ kull xahar.

Tfal bi ħtiġijiet edukattivi individwali, jistgħu jiġu wkoll pprovduti bl-għajnuna ta' Child Support Worker. L-applikant ikun irid jissottometti l-iStatementing Report u l-aħħar IEP meta jkun qiegħed japplika. L-allokazzjoni ta' Child Support Workers hija suġġetta għad-diskrezzjoni tal-FES.

Eliġibbiltà​​

Matul il-ġranet tal-iskola, is-servizz huwa offrut li-tfal kollha bejn it-3 snin u s-16-il sena, li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja, jew Indipendenti.

Matul il-vaganzi tal-iskola, is-servizz huwa miftuħ biss għal tfal ta’ ġenituri li jaħdmu u li jistgħu jipprovdu dokumenti uffiċċjali bħala prova ta’ impjieg. Jistgħu jattendu wkoll tfal ta’ ġenituri li qed isegwu kors ta’ studji ma’ istituzzjoni edukattiva reġistrata.

Perjodi ta' Applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għas-servizz Klabb 3-16 matul il-ġranet normali tal-iskola, jiftħu f’Awwissu qabel is-sena skolastika.

Il-perjodi ta’ applikazzjoni għall-vaganzi skolastiċi jiftħu ftit ġimgħat qabel il-vaganzi rispettivi.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu skont min japplika l-ewwel, u wara li jimtela ċentru, l-applikazzjonijiet jibdew jinżammu fuq lista ta' stennija.

Kalendarju tas-servizz waqt il-vaganzi tal-iskola

• Btajjel bejn meta tispiċċa Skolasajf u meta tibda s-sena skolastika (September Bridge Holidays)

• Btajjel tal-Mid-Term

• Btajjel tal-Milied

• Btajjel tal-Karnival

• Btajjel tal-Għid

• Btajjel bejn meta tispiċċa s-sena skolastika u meta tibda Skolasajf (July Bridge Holidays)

Is-servizz Klabb 3-16 huwa offrut ukoll waqt is-servizz ta’ Skolasajf, għall-ġenituri li jaħdmu biss, bejn is-7am u t-8:30am, u bejn 12:30pm u l-5:30pm.

Kif tapplika​

L-applikazzjoni hija online u tista’ ssir billi tidħol fil-portal online FES Events (gov.mt)

Wieħed jista’ jara l-lista sħiħa taċ-ċentri ta’ Klabb 3-16 billi jagħfas fuq https://fes.gov.mt/contact-details-klabb-3-16-centres/

 

Dokumenti meħtieġa biex tapplika:

i) Kopja tal-Karta tal-Identità tal-Ġenitur/i u/jew Kustodju/i Legali

ii) Kopja tal-Karta tal-Identità tal-persuna/i awtorizzata/i li tiġbor/jiġbru t-tifel/tfal

iii) Il-kopji kollha tal-karti tal-identità għandhom ikunu ffirmati miż-żewġ ġenituri (ħlief f’ċikustanzi ta’ fejn ġenitur wieħed għandu l-kustodja)

iv) Statementing Report (fejn applikabbli)

v) Rapport psikoloġiku (fejn applikabbli)

vi) Rapport tal-IEP (fejn applikabbli)

vii) Dokumenti ta' kustodja (fejn applikabbli)

viii) Il-Job History mingħand Jobsplus, jew l-aħħar payslip maħruġa minn fejn wieħed jaħdem li turi l-aħħar paga ( għal applikazzjonijiet għal btajjel skolasatiċi)

Meta l-applikazzjoni tkun proċessata u tiġi aċċettata, il-klijent jiġi ggwidat biex iħallas il-miżata dovuta.

 

Iktar informazzjoni

Aktar informazzjoni dwar is-servizz Klabb 3-16 u l-lista sħiħa tat-Termini u Kundizzjonijiet, tista’ tiġi miksuba minn hawn 

applika