Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub sabiex jipprepara lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol permezz tal-għażla tas-suġġetti, żjajjar fiżiċi fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll gwida individwali dwar il-karriera. Is-sapport mhux limitat għall-iskejjel sekondarji biss iżda jsiru inizjattivi kreattivi anke fl-iskejjel primarji s-sena kollha.

​X’ser​ tingħata

  • Jipprovdu programmi ta' gwida għall-karriera mmirati lejn studenti tal-iskejjel primarji, medji u sekondarji li għandhom l-għan li jippromwovu tagħlim effettiv u kisba edukattiva għolja u jkomplu l-iżvilupp personali tal-istudenti;
     
  • Jipprovdu gwida fil-karriera lill-istudenti permezz ta' sessjonijiet individwali, fi grupp jew fil-klassi;
     
  • Tgħin lill-istudenti jieħdu deċiżjonijiet xierqa dwar il-karriera billi tipprovdi informazzjoni u pariri dwar opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ disponibbli;
     
  • tgħin lill-istudenti jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa relatati mal-kitba tas-CV, il-ħiliet tal-intervisti u strateġiji oħra biex isibu karriera;
     
  • Torganizzaw żjarat ta’ orjentazzjoni fil-karriera f’postijiet tax-xogħol u istituzzjonijiet post-sekondarji skont l-interessi tal-istudenti;
     
  • Jippreparaw lill-istudenti għall-post tax-xogħol, jikkoordina u jorganizza l-esperjenza tal-espożizzjoni tal-karriera;
     
  • Tgħin lill-istudenti fil-fażijiet differenti ta' tranżizzjoni, b'mod partikolari mill-iskola primarja għal dik tan-nofs u mill-edukazzjoni sekondarja għal dik post-sekondarja;
     
  • Torganizzaw diversi avvenimenti ta’ gwida tal-karriera matul is-sena li jinvolvu studenti, ġenituri/kustodji u partijiet interessati oħra.

Eliġibbiltà​​

Servizzi maħsuba biex jassistu lin-nies fi kwalunkwe età u fi kwalunkwe punt tul ħajjithom, biex jieħdu deċiżjonijiet edukattivi, ta’ taħriġ u okkupazzjonali u biex jimmaniġġjaw il-karrieri tagħhom.

Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.