Ħarsa ġenerali​

Il-programm Seħer l-Istejjer/Magic of Stories huwa maħsub għal tfal minn 4 sa 7 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom. Is-sessjonijiet bla ħlas isiru darba fil-ġimgħa u matulhom jinqraw stejjer b’mod animat u divertenti li jistimulaw l-immaġinazzjoni tat-tfal. Bis-saħħa ta’ ‘Seħer l-Istejjer’ it-tfal irawmu l-imħabba għall-qari u għall-kotba. Is-sessjonijiet ta’ ‘Seħer l-istejjer’ isiru fl-iskejjel primarji kif ukoll libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. 
 

​X’ser​ tingħata

Is-sessjonijiet bla ħlas isiru darba fil-ġimgħa u matulhom jinqraw stejjer b’mod animat u divertenti. Din hi opportunità ta’ tagħlim kemm għat-tfal u kemm għall-ġenituri/kuraturi.
 

 

Eliġibbiltà​​

Tfal minn 4 sa 7 snin u l-ġenituri/kustodji tagħhom.

Kif tapplika​

Wieħed jista’ jirriserva post billi jew iċempel 2598 3335 jew b'ittra elettronika lil [email protected] . Wieħed jista’ wkoll jibgħat messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook