Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz jingħata mill-Year 1 sal- Year 11 lill-istudenti li ma jistgħux jattendu l-iskola għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet ġimgħat konsekuttivi minħabba mard, kondizzjoni medika (sakemm mhix kontaġġjuża) jew korriment. L-istudenti jingħataw servizz edukattiv kompensatorju bl-għan li jimminimizza l-konsegwenzi ta’ assenza mill-iskola billi jingħataw tagħlim kontinwu fil-Matematika, l-Ingliż u l-Malti. Dawk riferuti jeħtieġu ċertifikat mediku u hemm koordinazzjoni konġunta bejn l-iskola u l-għalliema ta’ dan is-servizz sabiex ikun hemm integrazzjoni tajba.

​X’ser​ tingħata

Jingħataw lezzjonijiet fis-suggetti ġenerali: Matematika, Lingwa Maltija, u Lingwa Ingliza. Dawn is-suġġetti jigu provduti lill-istudenti fid-djar tagħhom, fil-prezenza ta’ xi ħadd adult.
 

Eliġibbiltà​​

L-istudenti eliġibli għal dan is-servizz ta’ tagħlim fid-djar jingħata lil-istudenti jekk: 
•    Jiġu iddijanjostikati li qed isoffru minn mard kroniku (li ma jistax jiġi trasmess), u ma jistgħux jattendu l-iskola. 
•    Għandhom kundizzjoni medika u jkun hemm bzonn li jkunu assenti mill-iskola ghall-iktar minn 4 gimgħat. 
•    Qed jiġu rikoverati minn intervent kirurġiku, ksur jew xi incident.

Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
Kuntatt tal-posta elettronika: [email protected]
Tel: 25983497/25983421​​
applika