Ħarsa ġenerali​

Għalliema li fi snin preċedenti nħarġilhom warrant temporanju, u li qed jipprattikaw il-professjoni waqt li m'għandhomx warrant permanenti, għandhom japplikaw biex jiġġeddilhom il-warrant temporanju.

X’se tingħata

Tiġdid ta' warrant temporanju ta' għalliem.

Eliġibbiltà​​

Għalliema fl-edukazzjoni obbligatorja.

Kif tapplika​

Kopja diġitali ta’ dawn id-dokumenti hija neċessarja sabiex tissottometti l-applikazzjoni għat-Tiġdid tal-Warrant Temporanju għall-Għalliema.

Konferma tal-Impjieg

 

  1. Skejjel tal-Istat: Kopja diġitali tad-Deployment Notification Form (DNF). Din il-formola tintbagħat lill-għalliema mid-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi.
  2. Skejjel tal-Knisja u Indipendenti: Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tad-Dikjarazzjoni. Kopja diġitali ta’ din il-formola iffirmata mill-Kap tal-Iskola għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

Ċertifikat ta’ Kondotta

Kopja taċ-Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija maħruġ mhux aktar kmieni minn xahar mid-data ta’ meta tiġi sottomessa din l-applikazzjoni.

F’ċertu ċirkustanzi, il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema jirriserva d-dritt li jitlob l-applikant jipprovdi irċevuta għal applikazzjoni tal-Fedina Penali mgħotija mill-Pulizija.

Imla u ssottometti online

applika