Ħarsa ġenerali​

Wara sentejn ta' prattika fil-professjoni tat-tagħlim, l-għalliema li għandhom kwalifika fit-tagħlim rikonoxxuta mill-Kunsill Dwar il-Professjoni tal-Għalliema (CTP) huma mitluba sabiex japplikaw għall-warrant permanenti ta' għalliem skont it-termini ta’ Artiklu 24.

Persuni li għandhom kwalifika ta’ livell ta' Master's jew kwalifika ekwivalenti li rreġistraw għaliha qabel id-29 ta' Lulju 2008 jistgħu japplikaw ukoll għall-warrant ta’ għalliem skont it-termini ta’ Artiklu 41. Persuni li qabel id-29 ta' Lulju 2008 kienu jipprattikaw il-professjoni ta' għalliem għal tal-anqas tmien snin fi skola jistgħu japplikaw għal warrant permanenti skont it-termini ta’ Artiklu 41, wara li jkunu kkonkludew ħmistax-il sena ta' esperjenza fit-tagħlim.

X’se tingħata

Warrant permanenti ta' għalliem.

Eliġibbiltà​​

Persuni li li huma konformi mal-Artiklu 24 jew 41 tal-Att dwar l-Edukazzjoni jinsabu fuq il-link

Kif tapplika​

Imla’ l-formola online. Din il-formola tista’ ssibha fuq is-sit tal-Kunsill. Ara li tipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa f’forma ta’ PDF. Ara li tipprovdi d-dokumenti kollha meħtieġa f’forma ta’ PDF.
 
Dokumenti meħtieġa
 
i) Kopja tal-irċevuta provduta mill-uffiċċju tar-rekords kriminali meta tapplika għall-Fedina Penali.  Applikanti li ilhom jgħixu Malta għall-perjodu ta’ anqas minn 10 snin huma mitluba jipprovdu ċerifikat ta’ kondotta mill-pajjiż tal-oriġini.
 
ii) Kopji tal-kwalifiki kollha ddikjarati għandhom jinkludu ċ-ċertifikat tad-Degree u Europass Diploma Supplement/ traskrizzjoni uffiċjali dettaljata.
 
iii) Applikanti li għandhom kwalifiki mogħtija minn universitajiet jew istituzzjonijiet terzjarji esklużi l-Universita ta’ Malta, MCAST jew l-Istitut għall-Edukazzjoni (IFE), huma mitluba jippreżentaw dikjarazzjoni ta' rikonoxximent fuq il-komparabbiltà tal-kwalifiki maħruġa mill-Awtorita’ Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.
 
iv) Dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola fil-każ ta’ għalliema li huma f’impjieg.  Din il-formola tinsab f’dan il-link, https://education.gov.mt/wp-content/uploads/2023/08/Declaration-by-Head-of-School-PW-Eng.pdf.
Għal skejjel tal-Knisja u Indipendenti BISS:
Dikjarazzjoni minn Kapijiet tal-Iskola  li jindikaw id-dati ta' meta l-applikant beda u spiċċa (jekk applikabbli biss) l-impjieg, u jekk qattx l-applikant għamel użu minn leave bla ħlas. (Jekk l-applikant ikun bidel l-iskejjel matul dawn l-aħħar sentejn).

Kopja tal-Induction Portfolio/Rapport mill-Kap tal-Iskola jiġi mitlub meta l-applikant jiddikjara li matul dawn is-sentejn kien impjegat fi skola tal-Knisja jew Indipendenti.
applika