Ħarsa ġenerali​

Dan l-istandard huwa maħsub sabiex jintuża minn fornituri ta' servizzi tal-Kontroll tal-Pesti kif ukoll certification bodies għall-attivitajiet ta' valutazzjoni ta’ konformità li jgħinu lill-klijenti jagħmlu għażla infurmata ta' programmi ta’ Kontroll tal-Ġestjoni tal-Pesti u sabiex tiżdied il-probabbiltà ta' aspettattivi (legali, servizz tal-konsumatur, eċċ.) li dawn jintlaħqu kif ukoll l-opportunità li jintlaħqu l-miri stabbiliti b'mod sikur. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek teħtieġ dan it-tip ta’ ċertifikazzjoni, tista’ tibda billi titlob kwotazzjoni u timla l-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Hekk kif tasal l-applikazzjoni tiegħek, wieħed mir-rappreżentanti tagħna jagħmel kuntatt miegħek sabiex ikun jista' jagħtik aktar informazzjoni fuq il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Dan il-proċess jinvolvi awditjar fuq żewġ livelli fejn l-awdituri jwettqu reviżjonijiet tad-dokumentazzjoni kif ukoll awditjar fil-post sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-istandard. Jekk ir-riżultat tal-awditjar ikun wieħed pożittiv, l-organizzazzjoni tiegħek tkun tista' tiġi ppreżentata b’ċertifikat li juri l-konformità ma' dan l-istandard

Eliġibbiltà​​

Kull organizzazzjoni li tadotta Sistema ta’ Ġestjoni skont SM EN 16636:2005.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika