Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tiġi sottomessa għal kull persuna li jkollha bżonn teskludi lilha nnifisha minn kull stabbilment tal-logħob f'Malta u Għawdex.

X’se tingħata

L-applikant jiġi pprojbit milli jidħol minn kull stabbilment tal-logħob (inkluż tombla kummerċjali (bingo), apparat għal magni tal-logħob, każinò) għal perjodu ta' 6 xhur jew 12-il xahar, skont il-projbizzjoni mniżżla fl-applikazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna vulnerabbli għall-vizzju tal-logħob tista' timla din il-formola u b'hekk teskludi lilha nnifisha mill-istabbilmenti tal-logħob f'Malta u Għawdex.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:

Malta Gaming Authority
Building SCM 02-03, Level 4
SmartCity Malta
Ricasoli SCM1001
Malta

Wieħed jista' wkoll jissottometti l-applikazzjoni f'kull stabbilment tal-logħob liċenzjat f'Malta u Għawdex (tombla kummerċjali (bingo), apparat għall-magni tal-logħob, każinò)
applika