Ħarsa ġenerali​

Logħbiet ta’ Komunikazzjoni Kummerċjali Limitati jiġu organizzati bl-iskop li jippromovu jew jinkoraġġixxu l-bejgħ ta' oġġetti/servizzi li jinkludu sehem u premju. Minkejja dan, xorta jkun hemm bżonn ta' permess.

X’se tingħata

Wara li tintlaqa' l-applikazzjoni, l-Awtorità dwar il-Logħob toħroġ permess biex jitħaddem Logħob ta’ Komunikazzjoni Kummerċjali Limitati fid-dati speċifikati. Dan il-permess ma jeżentax lil min għandu permess milli jikseb kull permess ieħor li jista' jkun meħtieġ mil-Liġijiet tal-Pulizija jew liġijiet oħra.

Eliġibbiltà​​

L-organizzazzjonijiet lokali kollha huma eliġibbli biex japplikaw għal dan il-permess, ladarba l-Awtorità dwar il-Logħob tara li l-persuni kollha involuti jitqiesu li huma adatti u xierqa.

Rekwiżiti meħtieġa oħrajn speċifikati fil-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-qosor fil-formola tal-applikazzjoni jinkludu: i) Li l-valur tal-ġugata ma jeċċedix €2 kull ġugatur, u l-valur tal-premju ma jeċċedix €250.
ii) Li persuna jew entità waħda li torganizza serje ta’ logħbiet ta’ komunikazzjoni kummerċjali limitati m’għandhomx flimkien jeċċedu €5,000 fi premji matul xhar kalendarju u mhux iżjed minn €50,000 matul sena kalendarja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika