Ħarsa ġenerali​

Il-Permessi ELT jiġġeddu biss wara l-approvazzjoni tas-sigħat tas-CPD mill-Kunsill ELT, skont ir-rekwiżiti legali deskritti fil-Politika tas-CPD. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn

X’se tingħata

Tiġdid tal-Permess tal-ELT tiegħek biex tgħallem l-Ingliż bħala Lingwa Barranija fl-Iskejjel tal-ELT. It-tiġdid tal-Permess ELT ikun validu għal 4 snin.

Eliġibbiltà​​

Skont l-Avviż Legali 221 tal-2015, il-Permessi ELT jiġu mġedda biss mal-preżentazzjoni ta' 32 siegħa ta' CPD, li jkunu saru fuq medda ta’ 4 snin konsekuttivi. Il-ħinijiet kollha tas-CPD għandhom jiġu approvati u jkunu f'konformità mal-Politika tas-CPD tal-Kunsill ELT, li hija disponibbli fuq il-website tagħna Għandu jkun hemm minimu ta' 20 siegħa li jkunu speċifikament fil-Metodoloġija ELT u l-Għarfien tal-Lingwa.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.
applika