Ħarsa ġenerali​

Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni parallela għall-użu kummerċjali ta' reġistrazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma identiċi għal prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq Malti. F’din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-prodott u l-applikant, dettalji tal-prodott ta’ referenza, ippakkjar, tikkettjar u ta’ prodott li għandu jiġi importat, konferma ta’ identità bħal tikketta oriġinali u skedi tad-dejta tas-sikurezza. L-applikant huwa meħtieġ ukoll li jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tiegħek tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni riċevuta tkun korretta, l-MCCAA tipproċedi biex toħroġ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni parallela kummerċjali tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq is-suq.

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela minn partijiet interessati biex jiksbu awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti permezz ta’ importazzjoni parallela għal użu kummerċjali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika