Ħarsa ġenerali​

Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għall-awtorizzazzjoni għal bidla fil-klassifikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. F'din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi dettalji tal-bidliet meta applikabbli għall-prodott, l-applikant, il-kompożizzjoni kimika, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tiegħek tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni riċevuta tkun korretta, l-MCCAA tipproċedi biex toħroġ awtorizzazzjoni għat-tikketta li għandha tiġi emendata fuq is-suq.

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika