Ħarsa ġenerali​

Din il-formola ta’ applikazzjoni maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni bħala utent professjonali u/jew distributur ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti wara li jkun ġie segwit b’suċċess it-taħriġ inizjali/addizzjonali xieraq mill-korpi maħturin mill-MCCAA. Għar-referenza tagħkom, detallji rigward il-korpi maħturin mill-MCCAA għat-taħriġ huma pubbliċi fuq is-sit tal-MCCAA.

F’din il-formola huwa meħtieg li tipprovdu informazzjoni dwar l-applikant, bħal id-dettalji ta' kuntatt, id-detallji tal-kors li ġie segwit mill-applikant, kif ukoll it-tip ta’ ċertifikazzjoni meħtiega mill-applikant skont jekk l-applikazzjoni hix intenzjonata għaċ-ċertifikazzjoni bħala utent professjonali u/jew distributur, u jekk iċ-ċertifikazzjoni tirrekjedix l-għotja jew ir-rinnovar taċ-ċertifkat. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopja tar-ritratt tal-passaport tiegħu/tagħha fil-formola tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat għall-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tal-applikant tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni irċevuta tkun korretta, MCCAA tipproċedi biex toħroġ iċ-ċertifikazzjoni mitlub bħala utent professjonali u/jew distributur ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Skont l-AL 489 tal-2011, dan iċ-ċertifikat għandu, bħala minimu, jipprovdi evidenza ta’ għarfien suffiċjenti tas-suġġetti elenkati fl-AL 489/2011 Skeda I miksuba mill-utenti professjonali u distributuri. Barra minn hekk, il-bejgħ tal-pestiċidi awtorizzati għall-użu professjonali għandu jkun ristrett lill-persuni illi għandhom iċ-ċertifikat, waqt li d-distributuri għandhom ikollhom biżżejjed personal fl-impjieg tagħhom illi jkollhom iċ-ċertifikat li għandu jiġi muri fil-punt tal-bejgħ.

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għandha timtela minn partijiet interessati biex jiksbu ċertifikazzjoni bħala utent professjonali u/jew distributur ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont id-Direttiva rigward l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, wara li jkunu segwew b’suċċess it-taħriġ inizjali/addizzjonali xieraq mill-korpi maħturin mill-MCCAA.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika