Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tal-applikazzjoni għall-ispezzjoni tat-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi hija maħsuba għal utenti li għandhom Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi f'użu professjonali, li jkun jeħtieġ spezzjoni f'intervalli regolari skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 430.08 (AL 489 tal-2011 ) dwar ir-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (taħt l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi). Aktar informazzjoni hija mogħtija hawn

X’se tingħata

Ladarba l-formola tal-applikazzjoni għall-ispezzjoni tat-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi timtela kif suppost u tintbagħat lill-MCCAA kif indikat fuq il-formola, flimkien mal-ħlas, it-talba tiegħek tiġi pproċessata. L-MCCAA mbagħad tipproċedi billi tikkuntattjak biex tagħmel appuntament sabiex twettaq l-ispezzjoni fuq it-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi. Fi tmiem l-ispezzjoni tirċievi rapport li jindika jekk it-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

Eliġibbiltà​​

Il-formola tal-applikazzjoni għall-ispezzjoni tat-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi għandha timtela minn utenti li għandhom Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi f'użu professjonali. Kriterji dettaljati ta' eliġibbiltà jistgħu jinstabu hawn

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika