Ħarsa ġenerali​

L-iskema Business Start toffri finanzjament għal kapital inizjali lil negozji li għadhom jibdew, li għandhom kunċett tan-negozju vijabbli, u li jinsabu fl-istadju bikri tal-iżvilupp.

X’se tingħata

Inizjattivi li jitqiesu ekonomikament vijabbli jistgħu jiġu mgħejjuna permezz ta' għotja sa €25,000.

Eliġibbiltà​​

L-applikazzjonijiet għandhon jaslu għand il-Malta Enterprise mhux aktar tard minn 24 xahar mid-data tal-istabbiliment. Il-lista sħiħa tal-attivitajiet ekonomiċi (skont il-Kodiċijiet Nace) li jistgħu jiġu mgħejjuna permezz ta' din l-iskema hija stabbilita fil-Linji Gwida ta' Inċentiv .

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001
applika