Overview
Din il-formola tamalgama l-formoli kollha meħtieġa minn awtoritajiet/aġenziji varji lokali f'waħda, sabiex persuni jistgħu jirreġistraw u joperaw bħala self-employed.
What You'll Get
L-applikant jista' jirċievi mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet Governattivi dawn li ġejjin:
1. Numru tal-VAT, fil-każ li l-attività mhux eżentata mill-VAT;
2. In-numru tal-PE (Permess biex Timpjega), fil-każ fejn l-applikant għandu l-ħsieb li jimpjega ħaddiema matul il-fażi tal-bidu;
3. In-numru tal-Jobplus - l-applikanti jiġu rreġistrati awtokmatikament mal-JobsPlus u jingħatalhom in-numru ta' Min ser Iħaddem; u
4. Jimtela l-kwestjonarju tar-Reġistru tan-Negozji mingħand l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Eligibility
L-applikanti jrid ikollhom ċittadinanza Maltija u Karta tal-Identità valida li tispiċċa b'kull ittra minbarra l-ittra 'A'.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Meta l-formola tiġi sottomessa u pproċessata, l-applikant jiġi pprovdut bin-numri tar-reġistrazzjonijiet meħtieġa biex b'hekk ikun jista' jibda l-operat fi żmien 48 siegħa.
Kif tapplika:
1. L-applikant jista' jaċċessa bin-numri tal-Karta tal-Identità u n-numru tad-Dokument (li jinstab fuq wara tal-Karta tal-Identità);
2. L-applikant jista' jaċċessa bl-eID tiegħu/tagħha.
Dokumenti mandatorji:
• Professjonist li se jaġixxi għan-nom ta' kumpanija - Kopja minn quddiem u minn wara tad-Dokument ta' Identifikazzjoni
• Reġistrazzjoni individiwali li tkun saret bl-użu tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta' Residenza u n-Numru tad-Dokument - kopja minn quddiem u minn wara tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-applikant.
Timeline
[{"Id":"8f85225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Malta Enterprise","AddressLine1":"Malta Industrial Parks Ltd","AddressLine2":"Gwardamangia Hill","AddressLine3":null,"AddressCity":"PIETA [Tal-Pietà]","AddressPostalCode":"MEC 0001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2542 0000","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"9ddc3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":2,"AddressName":"Malta Enterprise","AddressLine1":"Malta Industrial Parks Ltd","AddressLine2":"Gwardamangia Hill","AddressLine3":null,"AddressCity":"PIETA [Tal-Pietà]","AddressPostalCode":"MEC 0001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2542 0000","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"Ġurnata"}]
applika