Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' disinn li huwa l-apparenza esterna tal-prodott jew parti minnha, li tirriżulta mil-linji, kontorni, kuluri, forma, nisġa, materjali u/jew l-ornament tiegħu.

X’se tingħata

Il-possibiltà li tapplika għal jew tirreġistra disinn biex tinkiseb protezzjoni tad-disinn f'Malta.

Eliġibbiltà​​

Id-disinn sottomess irid ikun ġdid u għandu jkollu karattru individwali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika