Ħarsa ġenerali​

Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Affarijiet ta' Espatrijazzjoni jilqa' u jipproċessa applikazzjonijiet ta' residenza ta' ċittadini mhux Maltin li għandhom il-ħsieb li joqogħdu Malta legalment għal perjodu li jkun itwal minn 3 xhur.

X’se tingħata

Permess ta' residenza.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha, u ħudha personalment għand:

L-Uffiċċju ta' Malta għaċ-Ċittadinanza
Identità Malta
Evans Building
Misraħ Sant' Iermu
Il-Belt Valletta

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.

applika