Overview
servizz.gov jiffaċilita l-aġġornament tal-indirizzi flimkien ma’dettalji oħra mad-dipartimenti msemmija hawn taħt.
Id-dipartiment governattivi huwa dawn:
- Taxxa
- VAT
- Jobsplus
- Sigurta’ Soċjali
What You'll Get
Wieħed jkun jista jaġġorna l-indirizz flimkien ma dettalji oħra.
Eligibility
Kullħadd jista jagħmel użu minn dan is-servizz.
Application Requirements
Il-proċess ta’aġġornar tal-indirizz tiegħek ivvarja minn dipartiment għal ieħor. Ġentilment mitlub tirreferi għal din lista.
Taxxa:
- Ċittadini Maltin / Ċittadini tar-Renju Unit
Imla l-formola tal-bidla tal-indirizz jew dikjarazzjoni iffirmata u ndika l-isem sħiħ, in-numru tat-taxxa, l-indirizz antik, u l-indirizz il-ġdid tiegħek.
- Ċittadin mhux tal-Unjoni Ewropeja
Imla l-formola tal- bidla tal-indirizz u ndika l-indirizz il-qadim u l-indirizz il-ġdid li jeħtieġ li jkun l-indirizz ta’ min qed iħaddmek peress li min iħaddem huwa r-rappreżentant tat-taxxa tiegħek.
VAT:
Sabiex taġġorna l-indirizz mad-dipartiment tal-VAT, inti ġentilment mitlub timla din il-formola online, billi tgħafas hawn
Jobsplus:
Imla din il-formola u ibgħatha fuq servizz@gov.mt
Sigurta’ Soċjali:
Sabiex taġġorna l-indirizz mad-dipartiment tas- Sigurta Soċjali, inti ġentilment tibgħat ittra elettronika fuq servizz@gov.mt flimkien ma kopja tal-karta tal-identità jew żżur miċ-ċentri reġjonali tagħna bil- karta tal-identità.