Ħarsa ġenerali​

L-eID, jew l-identità elettronika, hija mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni sikura għaċ-ċittadini u n-negozji, li tintuża biex jidentifikaw lilhom infushom biex b'hekk jaċċessaw servizzi elettroniċi offruti mill-Gvern. Irid ikollok eID biex tuża servizzi tal-Gvern li huma elettroniċi.

X’se tingħata

Kont tal-eID.

Eliġibbiltà​​

Kull ċittadin Malti li għandu 'l fuq minn 14-il sena.

Kif tapplika​

Ċittadini Maltin:

Tista' tapplika għall-eID tiegħek billi ċċempel 25904300 jew tibgħat imejl fuq [email protected] 

Detenturi tad-dokument eResidence:

Żur wieħed mill-uffiċċji ta' reġistrazzjoni tal-eID fil-Blata l-Bajda jew fir-Rabat (Għawdex). Biex tapplika għal kont tal-eID, għandek tippreżenta d-dokument ta' residenza u għandu jkollok kont tal-imejl validu.

Malta (Identity Management Office, Gattard House, National Road Blata l-Bajda, Malta)
 

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.30 am sa 2 pm
  • L-Erbgħa: 7.30 am sa 2 pm u 3 pm sa 6 pm
  • Is-Sibt: 7.30 am sa 11 am

 

Rabat, Għawdex (St. Francis Square, Rabat, Għawdex, fl-istess uffiċċju fejn isiru l-passaporti)
 

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.30 am sa 2 pm
  • L-Erbgħa: 7.30 am sa 2 pm u 3 pm sa 6 pm
  • Is-Sibt: 7.30 am sa 11 am

 

Għal struzzjonijiet dwar kif għandek tattiva l-eID tiegħek, jekk jogħġbok agħfas hawn.