Ħarsa ġenerali​

Din il-formola ta' kunsens timtela jekk l-applikant ma jkunx għalaq it-18-il sena u għandha timtela meta wiehed mill-ġenituri jkun joqgħod jew jinsab barra minn Malta. Il-formola trid tkun iffirmata mill-ġenitur li qiegħed barra minn Malta fil-preżenza tar-rakommandant. Ir-rakkomandant għandu jkun jaf sew l-identità tal-ġenitur li qed jiffirma, u jrid ikun jafu ta' mill-inqas sentejn. Bħala rakkomandant jigu aċċettati persuna li huma membri tal-Commonwealth, tobba, avukati jew persuni gradwati u li għandhom pożizzjoni manigerjali. Din il-formola hija estensjoni tas-Sezzjoni 7 tal-Formola A.

X’se tingħata

L-awtorizzazzjoni tal-ġenitur li jgħix jew jinsab barra minn Malta. Mingħajr din il-formola, ma jistax jinħareg passaport tal-minuri.

Eliġibbiltà​​

Fil-każ ta' minuri biss.

Kif tapplika​

Il-ġenituri jkun joqgħod jew jinsab barra minn Malta għandu jzur waħda mir-raprezetazzjonijiet ta’ Malta fil-pajjiż fejn qiegħed jinsab fil-ħin tal-applikazzjoni.
applika