Talba ghal Pubblikazzjoni ta' Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 7(4) tal-Att dwar iż-Żwieġ - RZ1

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi għandhom jagħmlu talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku. F'din il-formola, il-konjuġi jagħtu d-dettalji kollha mitluba mir-Reġistru taż-Żwieġ rigward iż-żwieġ li jkun ġej. Din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-koppja.


Għal aktar informazzjoni agħfas hawn https://identita.gov.mt/marriage-registry/

X’ser​ tingħata

Għaxart ijiem qabel id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha tiġbor tliet dokumenti ppreparati mir-Reġistru taż-Żwieġ.

Eliġibbiltà​​

Koppji li jagħżlu li jiżżewġu jew ċivilment jew bil-Knisja.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq din il- link, jew billi tibgħat email fuq pubreg.marriage.identita@gov.mt

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

15 - il jum

Provvista tas-Servizz

10 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika