Ħarsa ġenerali
Tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi jridu jiddikjaraw taħt ġurament jew b’mod solenni jaffermaw u jiffirmaw il-formoli RZ2 individwalment (żewġ formoli tal-RZ2 għandhom jiġu ppreżentati – waħda ffirmata minn kull parti) quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti li jikkonferma li m’hemm l-ebda impediment legali jew xi kawża legali oħra għax iż-żwieġ tagħhom m’għandux iseħħ. Il-Kummissarju għall-Ġuramenti irid jiffirma, jittimbra u jiddata ż-żewġ formoli RZ2. Il-formoli RZ2 jeħtieġ li jiġu sottomessi flimkien mal-formola RZ1.
Għal aktar informazzjoni agħfas hawn https://identita.gov.mt/marriage-registry/
X’ser tingħata
Konferma li m’hemm l-ebda raġuni sabiex iż-żwieġ ma jseħħx.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq, din il-ħolqa jew billi tibgħat email fuq pubreg.marriage.identita@gov.mt.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
14 - il jum
Provvista tas-Servizz
10 ijiem