Ħarsa ġenerali​

Ċertifikati ta' status liberu jiċċertifikaw li l-ebda att ta' żwieġ rigward applikant ma ġie rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta bejn dati speċifiċi. Kull ċertifikat jiswa €5.15.

Ċertifikati ta' status liberu għandhom l-iskop li jintużaw barra minn Malta, u għandhom invarjabbilment ikunu awtentikati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li jinsab f':
Palazzo Parisio
Triq Merkanti
Il-Belt Valletta

X’se tingħata

Ċertifikat ta' status liberu jew li m'intix miżżewweġ/miżżewġa.

Eliġibbiltà​​

Il-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 16-il sena.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika