Ħarsa ġenerali
Persuni li għandhom 60 sena jew aktar u persuni taħt is-60 sena li għandhom il-Karta Ewropea tad-Diżabilita’ valida maħruġa mill-Aġenzjia Sapport u għandhom diffikultajiet biex joħorġu mis-sodda, jistgħu jikru sodda motorizzata.
X’ser tingħata
- Evalwazzjoni dettaljata minn Fiżjoterapista jew Occupational Therapist fid-dar tal-persuna stess biex tiddetermina jekk persuna hijiex eliġibbli għal dan is-servizz jew le.
- Il-persuna eliġibbli għal dan is-servizz tkun trid tħallas disgħa u għoxrin ewro u ħamsin ċenteżmu tal-ewro (€29.50) fix-xahar li jinkludi l-VAT u l-kunsinna. Il-kumplament tal-ħlas għall-kera tas-sodda motorizzata titħallas mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
- Il-kera ta' kull xahar titħallas kollha mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’każ ta’ dawk il-persuni li għandhom formola roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
- Is-sodda motorizzata titwassal fid-dar tal-persuna eliġibbli, u tintrama fuq il-post fi żmien ħmistax (15) -il ġurnata tax-xogħol min-notifika lill-kuntrattur mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
Eliġibbiltà
Dan is-servizz huwa mmirat għal dawk il-persuni li jgħixu fil-komunità u li għandhom 60 sena jew aktar u persuni taħt is-60 sena li għandhom il-Karta Ewropea tad-diżabilita’ valida maħruġa mill-Aġenzjia Sapport, u/jew:
ma jistgħux joħorġu mis-sodda;
ikollhom diffikultajiet biex joħorġu mis-sodda;
huma f'riskju għoli li jiksbu tibdil fl-istruttura tal-muskoli;
jeħtieġu pożizzjoni addattata tal-ġisem fis-sodda relatata ma' problemi ta’ saħħa oħra.
Tmiem tas-Servizz
Il-klijent jista’ jwaqqaf dan is-servizz meta jrid. Meta għal xi raġuni jew oħra s-servizz ma jkunx aktar meħtieġ, il-klijent jew il-qraba tiegħu għandhom javżaw lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità immedjatament. Min-naħa tiegħu l-kuntrattur għandu jiġbor is-sodda lura fi żmien jumejn minn meta jiġi notifikat biex jagħmel dan. Il-ħlas tal-kera jieqaf mid-data li fiha l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tkun notifikata li s-servizz mhux aktar meħtieġ.
Kif tapplika
Applika Hawn
Dokumentazzjoni meħtieġa
Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Wieħed għandu jimmarka is-servizz tal-Fiżjoterapija jew Occupational Therapy biex japplika għal dan is-servizz.