Ħarsa ġenerali​

Is-Servzz għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ se jippermetti lill-anzjani kollha ta' ‘l fuq minn 65 sena biex jagħmlu testijiet b’xejn għal kundizzjonijiet tal-widnejn, imnieħer u griżmejn, filwaqt li se jiġi offrut ukoll eżaminazzjoni tas-smigħ.

X’se tingħata

Is-servizz tal-Klinika tal-ENT ser ikun qiegħed jiftaħ darbtejn fil-ġimgħa. Il-klient jiġi reġistrat għal appuntament u jingħata l-ewwel data disponibbli. Il-klient jiġi infurmat bl-appuntament bit-telefown, kif ukoll aktar tard jirċievi ittra bl-informazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Is-servizz se jkun disponibbli bla ħlas lil dawk l-anzjani kollha li għandhom ‘il fuq minn 65 sena.

Kif tapplika​

Wieħed jista’ jċempel għal appuntament fil-klinika tal-ENT fid-Day Clinic fuq it-telefown 22912271.