Ħarsa ġenerali​

L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali.

X’se tingħata

Dan is-servizz joffri care worker ikkwalifikat biex jassisti lill-anzjan fid-dar tiegħu waqt li jagħti ftit ħin ta’ mistrieħ lill-persuna li tkun qed iddur bih (informal caregiver).

  • Ġimgħa (Tnejn – Ħadd) għal 24 siegħa. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ sitt ġimgħat, sa tliet darbiet fis-sena; jew
  • Ġimgħa (Tnejn – Ħadd) 8am sa 5pm. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ sitt ġimgħat, sa tmien darbiet fis-sena; jew
  • Jumejn fissi fil-ġimgħa għal seba’ ġimghat. Il-ġranet tal-ġimgħa jridu jintgħażlu mill-klijent/qarib u l-provvista tas-servizz ikun iffissat għal 7 ġimgħat. Dan pakkett jista’ jerġa jintuża wara xagħrejn, waqfien, sa erba’ darbiet fis-sena; jew
  • Jumejn fil-ġimgħa (4.5 siegħat fil-ġurnata) - Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
  • Ġurnata fil-ġimgħa (9.5 siegħat fil-ġurnata) - Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
  • Servizz wieħed ta’ darba (matul il-jum jew lejl) – Dan il-pakkett jista’ jintuża sa tliet darbiet fis sena.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:

  • Anzjan li għandu `l fuq minn 60 sena, li hu dipendenti, u jgħix f’residenza privata.
  • Ibati bid-dimensja u/jew għandu problemi severi fl-imġieba u hemm tendenza li jkun konfuż jekk ikun hemm bidla fl-ambjent familjari.
  • Għandu diffikultà biex jiġi trasportat minn post għall-ieħor u/jew ikun hemm diffikultà biex iħalli d-dar tiegħu.
  • Għandu bżonn kura speċjali li ma tistax tiġi pprovduta f’respite residenzjali.
  • Għandu xi problemi fis-sistema immunitarja jew jeħtieġ kura ta’ iżolazzjoni.

Kull applikant huwa assessjat mill-CommCare li għandha d-dritt li tirrifjuta referenzi mhux propizji. Il- CommCare hija responsabbli wkoll mill-kwalità u l-frekwenza tas-servizz.

Dokumentazzjoni meħtieġa

    Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

applika