Ħarsa ġenerali​

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jingħatha skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza tal-applikant, liema kont jiġi riċevut kull xahrejn. Dan is-servizz huwa mmirat biss għall-anzjani li għandhom is-servizz ta’ telefonija mal-kumpanija GO plc. M’hemm l-ebda skont fuq telefonati magħmula mill-applikant.

X’se tingħata

Skont fuq il-ħlas tal-kera għas-servizz ta’ linja telefonika diretta fir-residenza tal-applikant. Dan is- sussidju jammonta għal €11.50, jiġifieri il-ħlas tal-kirja jonqos minn €13.99 għal €2.49.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq u li għandu l-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • Applikant irid ikollu servizz ta’ linja fissa tat-telefown tal-GO plc. Dan is-servizz ma jridx ikun marbut b’xi kuntratt jew b’xi pakkett ta’ servizz ieħor tal-GO plc

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kopja tal-Karta r-Roża valida

applika