Ħarsa ġenerali​

Is-servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bazi parzjali jew sħiħ

X’se tingħata

Skema A: Intitolament għal provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurse).

Skema B: Intitolament għal provvista ta’ prodotti parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurses).

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbilità ġenerali:

  • Skema A: F’pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali (SID-UE) valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport u li jsofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a. L-età tal-applikanti taħt din l-iskema trid tkun minn sentejn ‘l fuq.
  • Skema B: Anzjan li għandu sittin (60) sena `l fuq u li j/ssofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Is-servizz għal Skema B hu bi ħlas

Skema B

ProdottiPrezz kull prodottProdottiPrezz ta’ kull prodott
Ħrieqi Pull-Ups 
Ħrieqi Adulti Żgħar€0.16Pull-Ups Adulti Żgħar€0.20
Ħrieqi Adulti Medji€0.14Pull-Ups Adulti Medji€0.20
Ħrieqi Adulti Kbar€0.20Pull-Ups Adulti Kbar€0.23
Ħrieqi Adulti Extra Kbar€0.23Pull-Ups Adulti Extra Kbar€0.24
    
Pads Inco-Sheets 
Pads Tan-Nisa Żgħar€0.08Inco-Sheets Żgħar 60x40€0.08
Pads Tan-Nisa Kbar€0.11Inco-Sheets Kbar 60x90€0.13
Pads Tal-Irġiel€0.08  

F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.

Dokumentazzjoni meħtieġa:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.
  • Kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) għal min japplika għall-Skema A.

 

applika