Dħul f’Dar tal-Anzjani jipprovdi servizz ta’ kura residenzjali f’ambjent protett u sigur lill-anzjani u persuni b’diżabilità, li ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fid-dar tagħhom.
Ladarba residenti prospettivi jkunu aċċettati biex jidħlu f’dar residenzjali, huma jkunu mistiedna għal żjara ta’ orjentazzjoni qabel ma jidħlu. Hemm ħafna faċilitajiet li jinkludu kamra tal-banju bl-en suite, sistema ta’ sejħa għall-għajnuna f’każ ta’ emerġenza, arja kundizzjonata, telefon f’kull kamra għal telefonati li jidħlu minn barra u għal telefonati interni, Wi-Fi. Hemm ukoll kmamar komunitarji bħal kmamar tal-pranzu, kmamar ta’ rikreazzjoni u kamra bit-TV.
Is-servizzi jinkludu l-provediment ta’ infermiera, u servizzi oħra ta’ kura, kif ukoll il-provediment ta’ Allied Health Services. Dawn is-servizzi jinkludu s-servizz ta’ tim ta’ professjonisti mill-Allied Health Professionals u jinkludu servizzi ta’ fiżjoterapija, occupational therapy, speech therapy u podjatrija. Servizzi oħra huma l-psikoterapija, l-konsulenza ġerjatrika u s-servizz ta’ dijetetiku. Dawn is-servizzi speċjali huma disponibbli permezz ta’ riferta mit-tabib jew mill-Maniġment tad-Dar Residenzjali. Dan kollu jiddependi fuq il-bżonnijiet tar-resident. Ir-residenti jkunu provduti b’ikliet kuljum li jinkludu kolazzjon, ikla ta’ wara nofsinhar u pranzu, servizzi ta’ tindif, servizzi ta’ uffiċju ta’ front desk, u servizzi konnessi mal-kura tax-xagħar.
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
- Anzjan li jbati bid-dimenzja; jew
- Anzjan li għandu bżonn kura fit-tul; jew
- Anzjan li ma jistax jgħix fid-dar tiegħu
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku li għandu jkun iffirmat minn tabib tal-familja
- Kull ċertifikat/rapport mediku mill-Isptar
Meta applikazzjoni tkun mimlija u eżaminata, din tgħaddi għand it-Tim tal-Assessjar. Komunikazzjoni hemmhekk issir bejn dan it-Tim tal-Assessjar u l-applikant bil-għan li tinstab data u ħin addattat biex isir l-assessjar minn tim multi-dixxiplinarju. Dan it-tim jikkonsisti f’tobba, infermieri, terapisti u ħaddiema soċjali. F’każ fejn l-applikant ma jistax iħalli d-dar tiegħu minħabba mard jew korriment, l-assessjar ikun skedat biex isir fl-istess residenza tal-applikant. L-għan tal-assessjar hu biex jiddetermina l-livell ta’ servizzi meħtieġa mill-applikant, kif ukoll il-livell ta’ prijorità. Matul l-assessjar jingħataw ukoll pariri dwar servizzi neċessarji li huma aċċessibbli fi ħdan il-komunità.
It-tim janalizza dawn l-aspetti:
- Dettalji dwar il-persuna f’kuntest soċjali u kliniku
- Diffikultajiet li joħorġu minn cognitive impairment
- Livelli ta’ mobbilità u dipendenza
- Aċċess għal sapport
Permezz ta’ din l-informazzjoni, it-tim multi-dixxiplinarju jirrakkomanda l-livell xieraq ta’ kura li hi meħtieġa. Dan jiddependi wkoll fuq il-kundizzjoni medika u l-istess livelli ta’ dipendenza. It-tim jirrakkomanda wkoll dwar il-prijorità u l-urġenza tal-każ. It-tim multi-dixxiplinarju jieħu ħsieb jimla wkoll rapport ta’ assessjar rigward kura fit-tul li mbagħad ikun anness flimkien mal-applikazzjoni.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Meta persuna tidħol f’Dar Residenzjali (Kura ta’ livell 1), ħlasijiet u tariffi japplikaw, konformi mal-Avviż Legali 151 tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat.
B’effett mit-3 ta’ Jannar 2004, kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, assistenza soċjali u bonus li jirċievi, nett mid-dħul tat-taxxa, u 60% minn kull dħul ieħor li jkun irċieva matul is-snin kalendarji immedjatament qabel is-sena li fiha l-assessjar minn dak id-dħul ieħor isir għal skop ta’ dawn ir-regolamenti. Dejjem jittieħed nett mid-dħul tat-taxxa.
Kif ukoll, għandu jsir rendikont tal-valur ta’ kwalunkwe proprjetà (eskluż id-dar ta’ residenza) li hi, jew li tista’ tkun, investit jew maħsuba għal skop ta’ profitt, eskluża l-għamara, ġojjellerija u oġġetti oħra ta’ natura personali. Il-valur tal-proprjetà għandu jkun trattat bħala li qed jipprovdi dħul kull sena ekwivalenti għal 5.5% tal-valur kapitali. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu disposti għar-resident.
Il-kontribuzzjoni minn persuna li kienet residenti qabel it-3 ta’ Jannar 2004 m’għandhiex taqbeż €24.46 kuljum, jew li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena għad-dispożizzjoni tar-resident.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament tar-rata tal-benefiċċju.
Timeline
[{"Id":"1c1da8a4-6374-ec11-8102-005056861353","StageName":"Sottomissjoni ta' Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Direttorat ghall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’","AddressLine1":"3","AddressLine2":"Old Mint Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT1510","AddressCountry":"MALTA","AddressTelephone":"2278 8800","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"731da8a4-6374-ec11-8102-005056861353","StageName":"Proċessar ta' Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Direttorat ghall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’","AddressLine1":"3","AddressLine2":"Old Mint Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT1510","AddressCountry":"MALTA","AddressTelephone":"2278 8800","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"20 jum"},{"Id":"3497a0aa-6374-ec11-8102-005056861353","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":3,"AddressName":"Direttorat ghall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’","AddressLine1":"3","AddressLine2":"Old Mint Street","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT1510","AddressCountry":"MALTA","AddressTelephone":"2278 8800","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"Ġurnata"}]